Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann qasmu mas-segwaċi tagħhom messaġġ rigward ħidma li saret riċenti.
Qalu, “Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li lbieraħ kienu parti mill-World Cleanup Day organizzata mill-kunsill lokali. Lill-kunsilliera preżenti, lill-San Gwann Community Policing Team u b’mod speċjali lit-tfal u żgħażagħ tas-San Gwann Scout Group!”
Żiedu, “Imtlew 2 skips mill-kbar kollha skart goff u skart ieħor mitfugħ f’Wied Għomor. Hija ħasra li minkejja l-isforzi kollha tal-kunsilli lokali jibqa’ jintrema skart bl-addoċċ u jsiru atti vandali fl-ispazji miftuħa li għandna sabiex jitgawdew minn kulħadd. Inħeġġukom tkunu iktar kawti u tużaw is-servizzi kollha li noffru, sabiex ilkoll ngħixu f’ambjent aħjar! Ħajr lill-Gvern Lokali għall-għajnuna finanzjarja.”