Dalgħodu bosta ngħaqdu s-Saqqajja fejn ingħata bidu għall-pellegrinapp tradizzjonali tar-roti u tal-muturi. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Arċikonfraternita' Ta' San Ġużepp Rabat Tal-Imdina tkellmu dwar dan.
F’kitba separata huma qalu, “Dalgħodu, b’qalb mimlija devozzjoni u mħabba, poġġejna bukkett fjuri f’riġlejn il-kwadru tal-Omm u Sultana tal-Grazzji. F’dan il-ġest sempliċi iżda mimli tifsira, għaqqadna t-talb tagħna ma’ dak ta’ tant devoti li, tul is-snin, resqu quddiemha b’fiduċja u tama.”
Żiedu, “Nitolbu lill-Madonna tal-Grazzja tkompli tħares lilna lkoll, takkumpanjana fil-mixja ta’ ħajjitna, u xxerred fuq il-familji tagħna l-grazzji u l-barkiet tagħha. Omm u Sultana tal-Grazzji, itlob għalina.”
Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp Rabat tal-Imdina