L-attriċi lokali Rita Camilleri qasmet messaġġ mill-isbaħ f’għeluq snin binha David Camilleri, li llum qed jiċċelebra l-35 sena tiegħu. Permezz tal-mezzi soċjali, Rita esprimiet l-imħabba tagħha lejn binha, filwaqt li ammettiet li diffiċli temmen kemm għadda ż-żmien minn meta żammitu f’dirgħajha għall-ewwel darba.
“L-isbaħ xewqat f’għeluq sninek lir-re tiegħi. Ma nistax nemmen li għalaqt 35 sena, qisni lbieraħ meta fl-aħħar żammejtek f’dirgħajja. L-isbaħ xewqat, għażiż David Camilleri. Nawguralek dak kollu li tixtieq qalbek. Ix-xiħa tiegħek xxx,” kitbet Rita.
Messaġġ sempliċi iżda mimli mħabba minn omm lil binha f’ġurnata tant speċjali għalih, li żgur qanqal tbissima fost dawk li jsegwu lill-attriċi fuq il-mezzi soċjali. Minn Gwida.mt ningħaqdu ma’ Rita u nawguraw lil David l-isbaħ xewqat f’għeluq il-35 sena tiegħu!
Facebook / Rita Camilleri