Din Hija Mel B – Qattusa Ta’ Tmien Ġimgħat Li Qed Tfittex Familja Li Tagħtiha Ċans Ġdid 

Mel B, qattusa ċkejkna ta’ tmien ġimgħat biss, qed tfittex familja li lesta tagħtiha l-ħin, is-sigurtà u l-imħabba li tant għandha bżonn.

Minkejja l-ħarsa ħelwa tagħha u dawk l-għajnejn ħodor kbar, il-bidu ta’ ħajjitha ma kienx wieħed faċli. Sfortunatament Mel B, flimkien ma’ ħutha, kellha esperjenzi koroh mal-umani meta kienet għadha ferm żgħira u għalhekk għadha qed titgħallem tafda lin-nies. Fortunatament, f’ġimgħa biss mindu bdiet tingħata l-għajnuna, diġà sar progress kbir. Bil-mod il-mod qed tibda tirrilassa u toħroġ mill-qoxra tagħha u dawk li qed jieħdu ħsiebha jemmnu li f’ambjent adattat tista’ tagħmel progress saħansitra akbar. Il-persuna li tadottaha trid tifhem li Mel B għandha bżonn iż-żmien. 

Mel BGħandha bżonn lil xi ħadd ġentili, paċenzjuż u preferibbilment b’esperjenza mal-qtates, sabiex tkun tista’  tibni l-fiduċja tagħha bil-pass tagħha. Apparti minn hekk Mel B ma tistax tiġi adottata f’dar fejn tkun l-unika qattusa. Fid-dar irid ikun hemm tal-inqas qattus ieħor amikevoli. Ikun ideali wkoll ambjent kalm, mingħajr tfal żgħar ħafna u mingħajr ħafna storbju.

Ta’ tmien ġimgħat biss, Mel B għad għandha ħajja sħiħa quddiemha biex tiskopri li mhux kull bniedem huwa kattiv u li dan jista’ jkun kapaċi joffri wkoll is-sigurtà, il-ġentilezza u l-imħabba meħtieġa.

Ritratti:

Facebook/ CSAF

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI