“Kull Atleta Huwa Rebbieħ, U Kull Kisba Jistħoqqilha Tiġi Ċċelebrata.” – Araw Il-Medalji Li Ntrebħu Waqt Special Olympics European Summer Games Malta 2026

Pixxina

L-atleti li jużaw is-servizzi ta’ Aġenzija Sapport kisbu riżultati notevoli matul il-Special Olympics European Summer Games Malta 2026, u wrew kuraġġ, determinazzjoni, ħidma f’tim u spirtu veru ta’ sportività.

Skont Aġenzija Sapport, it-tim tagħha kiseb 3 medalji tad-deheb, 3 tal-fidda u 2 tal-bronż, għal total ta’ 8 medalji matul il-kompetizzjonijiet.

Minbarra l-medalji, l-atleti kisbu wkoll diversi klassifikazzjonijiet oħra ta’ valur, fosthom 3 darbiet fir-raba’ post, darbtejn fil-ħames post, 3 darbiet fis-sitt post u darba fis-seba’ post.

Aġenzija Sapport faħħret lill-atleti kollha għall-impenn u l-prestazzjoni tagħhom, filwaqt li enfasizzat li "kull atleta huwa rebbieħ u li kull kisba jistħoqqilha tiġi ċċelebrata."

Prosit lill-atleti kollha!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI