Illum jagħlaq sninu l-attur bravissimu Paul Caruana, li jiġi r-raġel ta' Vivienne Caruana. Lil Paul ilna narawh għal snin twal fil-produzzjonijiet lokali, u biex insemmu wħud hemm Ipokriti, F'Salib it-Toroq, Simpatiċi, KC, Iċ-Ċaqqufa, TA' GERIT, u riċentament CASA Ċelestina.
Mart Paul Vivienne ukoll awguratlu għal din l-okkażjoni. "Bonġu. Illum huwa l-jum tat-twelid tiegħek għażiż Paul. Nawguralek ġurnata mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbek... Il-Mulej jagħtik is-saħħa. Inħobbuk."
Awguri mill-qalb Paul f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt!
Facebook/ TA’ GERIT