Emma ddedikat messaġġ mill-isbaħ lill-mara tagħha, il-preżentatriċi lokali Martina Zammit, fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha.
F’post fuq il-midja soċjali, Emma qasmet ritratti flimkien ma’ Martina u akkumpanjatu b’kelmtejn mill-qalb, li jirriflettu l-vjaġġ li għaddew minnu flimkien matul is-snin.
Bil-kliem tagħha, Emma fakkret fil-bidliet li għaddew minnhom matul is-snin, fil-postijiet differenti li għexu fihom u fil-verżjonijiet differenti tagħhom infushom, filwaqt li enfasizzat il-vjaġġ li qasmu flimkien.
Temmet il-messaġġ tagħha b’awgurju sempliċi iżda personali lil Martina f’għeluq sninha. Awguri f'isem it-tim ta' Gwida.mt!