Il-preżentatur Ronald Vassallo qed jiċċelebra għeluq sninu llum hekk kif jagħlaq 30 sena. F’din l-okkażjoni, it-tim tal-programm Awla għadda messaġġ ta’ awguri lil Ronald.
Il-kollegi tiegħu xtaqulu ħafna ferħ u suċċess għal dan il-jum speċjali. “The BIG 30. Awguri lill-preżentatur tagħna Ronald Vassallo f’għeluq sninu!” kitbu mit-tim ta’ Awla.
Huma ħabbru wkoll li ġimagħtejn oħra se nerġgħu naraw lil Ronald fuq ONE.com.mt, hekk kif il-programm jerġa’ jibda jixxandar.
Lil Ronald rajnieh bħala preżentatur anke fil-passat, kif ukoll ħa sehem f'produzzjonijiet lokali bħala attur. Awguri mill-qalb Ronald!