“Il-Kelb Instema’ Jokrob” – Jinżamm Arrestat Raġel Akkużat B’Atti Sesswali Fuq Kelb F’Għalqa

Raġel ta’ 50 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li wettaq atti sesswali fuq kelb u kkawżalu tbatija. Asghar Ali, ħaddiem tat-toroq ta’ nazzjonalità Pakistana, ġie arrestat wara li l-Pulizija ġew infurmati b’allegat każ li seħħ filgħaxija tal-15 ta’ Settembru. Filmati allegatament juru lir-raġel jersaq lejn il-kelb u jaqbdu, bil-kelb jinstema’ jinbaħ u aktar tard jokrob.

Il-Pulizija qalet ukoll li allegat każ simili seħħ fit-28 ta’ Awwissu u nqabad fuq kameras tas-sigurtà. Waqt l-interrogazzjoni, l-akkużat allegatament qal li kien taħt l-effett tal-alkoħol u ma jiftakarx x’ġara, iżda kkonferma li kien hu l-persuna li tidher fil-filmati.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest, iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat fost oħrajn minħabba li għad iridu jixhdu persuni fil-każ.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Tanya Sammut, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li r-raġel jinżamm arrestat.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI