Dr. Yasmin Debrincat Hamilton kitbet ringrazzjament għal dawk kollha li sabu ħin jawgurawlha f'għeluq sninha, u tesprimi kemm apprezzat dan il-ġest.
"Din is-sena ma kinitx faċli mingħajr il-papà. In-nuqqas tiegħu ħassejtu f’kull mument, u niċċelebra mingħajru kienet xi ħaġa li qatt ma immaġinajt li jkolli ngħaddi minnha. Imma komplejt għaddejja, inġorr miegħi l-imħabba tiegħu u nipprova nsib ftit mumenti ta’ ferħ minkejja d-dwejjaq."
Dr. Yasmin apprezzat li hemm tant nies li għenu biex tħossha iktar u iktar maħbuba hekk kif ftakru fiha f'dan il-jum.
Awguri mill-qalb Dr. Yasmin f'isem it-tim ta' Gwida.mt!