Il-Ministru Alison Zerafa Civelli qasmet messaġġ mill-qalb iddedikat lil oħtha ż-żgħira, fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. “L-iżgħar fost l-aħwa bniet,” bdiet tikteb Zerafa Civelli, hekk kif esprimiet l-apprezzament tagħha għall-imħabba u l-appoġġ li dejjem tirċievi mingħand oħtha.
“L-imħabba u l-appoġġ tiegħek ifissru tant għalija u kull mument li naqsmu flimkien għandu post speċjali f’qalbi,” kitbet il-Ministru. Hija temmet il-messaġġ tagħha b’xewqat sbieħ għal oħtha f’dan il-jum speċjali, “Nawguralek l-isbaħ xewqat illum u dejjem. J’Alla kull xewqa tiegħek issir realtà. Inħobbuk ħafna.”
Messaġġ sempliċi iżda mimli mħabba, li juri r-rabta speċjali bejn is-sorijiet u l-importanza tal-familja fil-ħajja ta’ Zerafa Civelli.
Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!
Facebook / Alison Zerafa Civelli