Tħabbru d-dettalji tal-funeral ta’ Robert Cardona, li l-aħbar tal-mewt tiegħu ħalliet lil bosta qraba, ħbieb u persuni li kienu jafuh f’luttu. Il-funeral se jsir għada, il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru, fit-8:15 ta’ filgħodu, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan.
Il-familja qed tistieden lill-qraba, ħbieb u lil dawk kollha li kienu jafu u jħobbu lil Robert biex jingħaqdu magħhom ħalli flimkien jiċċelebraw ħajtu u jagħtuh l-aħħar tislima. F’messaġġ imqanqal, il-familja rringrazzjat ukoll lil dawk kollha li f’dawn il-jiem diffiċli wasslulhom messaġġi ta’ solidarjetà, kliem ta’ faraġ u talb.
“Grazzi mill-qiegħ ta’ qalbna għall-messaġġi kollha, il-kliem sabiħ, it-talb u l-appoġġ li rċevejna matul dawn il-jiem diffiċli. Ifissru għalina aktar milli nistgħu nesprimu,” kitbu. Il-messaġġ jintemm bi kliem mill-qalb għal Robert: “Sakemm nerġgħu niltaqgħu, ziju Robert. Maħbub għal dejjem, imfakkar għal dejjem. Strieħ fis-sliem.”
F’dan il-mument ta’ niket, il-kondoljanzi tagħna jmorru lejn il-familja, il-qraba u l-ħbieb kollha ta’ Robert. Strieħ fis-sliem.
Facebook / Robert Cardona