“Kif Jista’ Kompożitur, Awtur, Kantant, Producer Iħossu Kburi B’Xi Ħaġa Li Ma Ħoloqx Hu?” – Janice Debattista

Janice D

Il-kantantawtriċi u kompożitriċi lokali Pamela tkellmet bla ebda tlaqliet kontra s-sitwazzjoni kurrenti fejn ħafna kantanti u mużiċisti qed joħolqu kanzunetti kompletament permezz tal-AI (Intelliġenza artifiċjali).

Pamela tiġbed l-attenzjoni u tispjega kemm dan huwa nuqqas ta' rispett lejn l-artist u lejn il-mużiċist, speċjalment min hu awtentiku. "Din hi xi ħaġa li qed toqtol u tidfen lill-mużiċist u l-kreazzjoni."

Il-kantanta lokali Janice Debattista xerrdet il-filmat ta' Pamela, u tkompli ma' dak li ntqal. "Pamela ma stajtx tgħidha aħjar. Kif jista' kompożitur, awtur, kantant, producer iħossu kburi b'xi ħaġa li ma ħoloqx hu? X'sodisfazzjoni tista' ttik mużika kkreata mill-AI?"

Janice tistaqsi kif hawn min kapaċi b'wiċċu minn quddiem jgħid li ħoloq kreazzjoni mużikali, mentri tkun saret bl-AI.

"L-imħabba ġenwina għall-mużika hija dik li tħeġġeġ in-nar biex tikteb u toħloq. Jekk m'intix kapaċi ma ġara xejn. Hemm ħafna mezzi ta' kif tista' titgħallem. 'L-iżbalji' li tieħu int u tinnaviga dan il-vjaġġ ta' kreattivita' huma lezzjoni imprezzabli u li jgħinuk tikseb iktar għarfien."

Janice issemmi kemm hu prezzjuż il-ħin li tqatta' ġo recording studio, jew meta tikkollabora ma' persuni awtentiċi mżejna b'tant talent.

"Li tisma' u tara kanzunetta tiġi ffurmata quddiemek b'pass pass huwa proċess mill-isbaħ li int qed titlef meta trid kollox ta' malajr. Ejja nirrispettaw lil kull artist li ħadem u stinka u studja u għadu qed jaħdem, jistinka u jistudja."

Janice tagħlaq, "Grazzi Pam talli bdejt dan id-djalogu. Ejja ma niddiskutux biss u naħdmu fuq din l-isfida li l-mużika qegħda taffaċċja."

Segwi l-filmat li fih ħafna x'tomgħod li qasmet Pamela.

Ritratti:

Facebook/ Janice Debattista

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI