Kieku Titwaqqaf L-Immigrazzjoni, Il-Popolazzjoni Ta’ Malta Tonqos Għal 252,000 Sas-Sena 2100, Skont Analiżi Tal-Bank Ċentrali

Analiżi maħruġa mill-Bank Ċentrali ta' Malta tosserva kif kieku l-immigrazzjoni f'pajjiżna titwaqqaf b'mod immedjat illum, sas-sena 2100, il-popolazzjoni ta' Malta, tonqos għal 252,000. Dan ifisser li tonqos bi ftit iżjed min-nofs fuq medda ta' kważi 75 sena, skont din l-analiżi.

Iż-żewġ ekonomisti li ħadu ħsieb iwettqu din l-analiżi, Lynn Cumbo u Liam Micallef, jirreferu wkoll għal kif ix-xenarju fejn l-immigrazzjoni f'pajjiżna titwaqqaf għalkollox ikompli jaggrava l-problema tat-tixjiħ tal-popolazzjoni, li kulma jmur qed toħloq diversi sfidi ekonomiċi madwar id-dinja. L-istatistika ppreżentata f'din l-analiżi turi li l-immigrazzjoni jirnexxielha ttaffi sa ċertu punt din il-problema, iżda xorta waħda ma ssolvihiex b'mod komplet.

Sors: Il-Bank Ċentrali ta' Malta

Ritratti:

Facebook / Colourful Malta u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI