Għawdex Kellu L-Akbar Ammont Ta’ Xita Dalgħodu – Iżda X’Qed Jistenna Għal Malta U Għawdex Fil-Jiem Li Ġejjin?

Dalgħodu x-xita ħalliet l-akbar impatt tagħha fuq Għawdex, fejn skont il-paġna Aġġornament tat-temp, il-medja tal-ammont ta’ xita kienet ta’ madwar 24mm. Madankollu, lejn l-Għarb u San Lawrenz niżlet ferm inqas xita.

F’Malta ġiet osservata sitwazzjoni simili, bl-akbar ammont ta’ xita jinżel fin-naħa ta’ fuq tal-gżira. Il-medja totali għal Malta kienet ta’ 14.7mm.Għal-lejla, it-temp mistenni jibqa’ ftit jew wisq imsaħħab, b’riħ mil-Lbiċ forza 3.

Għada s-Sibt ukoll mistenni temp ftit jew wisq imsaħħab, bil-possibbiltà ta’ xi xita bejn is-1pm u l-4pm. Ir-riħ mistenni jkun mill-Punent forza 3. Il-Ħadd mistenni jkun ftit imsaħħab, iżda f’ħinijiet jista’ jissaħħab ħafna, bil-possibbiltà ta’ xi xita matul il-ġurnata. Ir-riħ mil-Lbiċ mistenni jkun forza 3 sa 4 u jonqos aktar tard matul il-jum. It-temperatura massima mistennija tilħaq it-28°C.

Fl-aktar aġġornament riċenti ġie indikat li hemm ċans ukoll ta' xita matul il-lejl.

Ritratti:

Facebook/ Aġġornament tat-temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI