Erba’ Nisa, Erba’ Rwoli Importanti Ġodda Fi Ħdan L-FSWS

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) ħabbret erba’ ħatriet ġodda f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija, wara numru ta’ bidliet fit-tim maniġerjali tagħha.

Svetlana Buttigieg inħatret Direttur ta’ Aġenzija Appoġġ. Hija social worker b’aktar minn 15-il sena esperjenza fis-servizzi soċjali u matul il-karriera tagħha kienet involuta fit-tmexxija ta’ diversi servizzi, fosthom Supportline 179, BeSmartOnline u servizzi ta’ sapport għall-familji.

Melissa Gauci nħatret Direttur tad-Direttorat għall-Kura Alternattiva. Hija social worker u systemic psychotherapist, u ilha għal diversi snin involuta f’servizzi relatati mat-tfal taħt kura, fostering, adozzjoni u servizzi għaż-żgħażagħ.

Min-naħa tagħha, Ann Marie Ciantar inħatret Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal. Hija għandha aktar minn 20 sena esperjenza fi ħdan l-FSWS, b’esperjenza estensiva fost l-oħrajn fil-ħarsien tat-tfal u fil-qasam tal-vjolenza domestika.

Antonella Mizzi nħatret Direttur tad-Direttorat għar-Relazzjonijiet Internazzjonali, Riċerka u Dokumentazzjoni tal-Politika (IRRPD). Hija counselling psychologist u ilha taħdem fis-settur soċjali għal dawn l-aħħar 25 sena.

L-FSWS awgurat lill-erba’ diretturi l-ġodda kull suċċess fir-rwoli rispettivi tagħhom.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI