Ir-Raħal Għawdxi Tax-Xewkija L-Iżjed Li Ntlaqat Mill-Ħalbiet Tax-Xita Bir-Ragħad Ta’ Dalgħodu

Dalgħodu l-gżejjer Maltin qamu għall-ħalbiet tax-xita bir-ragħad li ħafna, b'mod speċjali l-bdiewa u r-raħħala, kienu qed jistennew b'ħerqa kbira. Dan wara 120 ġurnata li matulhom pajjiżna esperjenza mewġa tas-sħana wara l-oħra, mingħajr l-ebda ħjiel ta' xita.

Is-sit 'Aġġornament tat-Temp' ftit sigħat ilu żvela xi ċifri dwar ix-xita ta' dalgħodu u żvela li kienet il-lokalità Għawdxija tax-Xewkija li ntlaqet l-iżjed.

Lokalitajiet oħrajn fil-gżira Għawdxija li ntlaqtu sostanzjalment jinkludu x-Xagħra, is-Sannat kif ukoll l-Għarb. Min-naħa 'l oħra, fil-gżira Maltija jidher li l-lokalitajiet tal-Mellieħa, il-Mosta, Ħad-Dingli, Ħal Luqa, l-Imsida u ż-Żurrieq intlaqtu l-iżjed mix-xita ta' dalgħodu.

It-tbassir tat-temp tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jindika li l-ħalbiet tax-xita mistennija jissoktaw fil-jiem li ġejjin, hekk kif issa s-sajf riesaq lejn l-aħħar ftit ġranet tiegħu.

Ritratti:

Facebook / Explore Malta u Kris Gray

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI