Frank Zammit kiteb dwar mument mill-isbaħ għal bintu Fran hekk kif ġiet aċċettata biex tibda Baċellerat part-time fil-Kriminoloġija fl-Università ta’ Malta.
Frank Zammit qasam din l-aħbar fuq il-paġna soċjali tiegħu permezz ta' messaġġ ħelu fejn esprima kemm jammiraha u awguralha kull suċċess f’dan il-vjaġġ ġdid. Flimkien ma' dan il-messaġġ tpoġġa wkoll ritratt tagħhom it-tnejn filmkien.
Fil-messaġġ tiegħu, Frank fakkarha wkoll fl-importanza biex tibqa’ tgħix ħajjitha b'mod pożittiv u b'ferħ hekk kif il-ferħ tal-ħajja bħalma sostna hu huwa grazzja kbira minn Alla, filwaqt li saħaq li s-suċċessi jiġu wara.
Żgur li dan huwa bidu ta’ kapitlu ġdid u eċitanti għal Fran. Minn Gwida.mt, nawgurawlha ħafna suċċess fl-istudji tagħha!
Facebook/ Frank Zammit