Bħal-lum 41 sena ilu miet il-Maġġur Aquilina fid-dar tiegħu ġewwa Tas-Sliema. Fuq il-midja soċjali, bosta sellmu l-memorja tiegħu u rringrazzjawh għall-marċi sbieħ li ħalla warajh.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna soċjali tiegħu, ġie mfakkar dan l-anniversarju b’messaġġ mimli kemm rispett kif ukoll nostalġija. Il-messaġġ iffoka l-iktar fuq il-wirt mużikali li ħalla warajh. Dan it-tagħrif ġie segwit mill-messaġġ “RIP, ma ninsewk qatt u grazzi tal-marċi sbieħ li ħallejtilna,”
Dan il-messaġġ intemm bit-talba, “Agħtih, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.” Minkejja li diġà għaddew 41 sena wara mewtu, il-memorja tal-Maġġur Aquilina għadha ħajja fost dawk kollha li kienu jafuh u anke baqgħu japprezzaw il-marċi li ħalla warajh.
Insellmu l-memorja tiegħu.
Facebook/ Il-Paġna Uffiċjali Maġġuur Anthony Aquilina