Giorgia Meloni Trid Tipprojbixxi L-Burqa U N-Niqab Fl-Iskejjel Taljani. X’Taħseb?

Il-Prim Ministru Taljan, Giorgia Meloni ħabbret pjanijiet ġodda għall-iskejjel Taljani li diġà qajmu reazzjonijiet differenti. Fost il-miżuri proposti hemm projbizzjoni fuq il-burqa u n-niqab fl-iskejjel, kif ukoll limitu fuq kemm jista’ jkun hemm studenti barranin f’kull klassi.

Meloni qalet ukoll, li ġenituri ta’ studenti barranin li jkollhom diffikultajiet serji fl-integrazzjoni jistgħu jkunu meħtieġa jitgħallmu t-Taljan. Skont Meloni, it-tfal Taljani m’għandhomx jispiċċaw iħossuhom minoranza fil-klassijiet tagħhom, filwaqt li nsistiet li fl-iskejjel l-istudenti għandhom jattendu b’wiċċhom mikxuf.

Madankollu, il-proposta diġà qed tiffaċċja kritika minn politiċi tal-oppożizzjoni u minn mexxejja tal-iskejjel, li qegħdin jistaqsu kif limitu bħal dan jista’ jiġi applikat f’żoni fejn hemm ħafna familji barranin. Il-miżuri għadhom mhumiex liġi u jridu jgħaddu mill-proċess leġiżlattiv Taljan.

Il-proposti diġà qed iqajmu dibattitu jaħraq fl-Italja, b’opinjonijiet differenti dwar l-integrazzjoni, il-libertà reliġjuża u l-mod kif għandhom ikunu organizzati l-iskejjel. Għalissa, però, kollox għadu fil-fażi ta’ proposta. Inti x’taħseb? Taqbel ma’ dawn il-miżuri jew temmen li jistgħu joħolqu aktar problemi milli jsolvu?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI