Il-komunità tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu qed tilqa’ b’ferħ lil Dun Stefan Galea bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-parroċċa.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu awguratlu mill-qalb f’dan il-bidu ġdid fil-ħidma pastorali tiegħu fost il-komunità. Filwaqt li Dun Stefan diġà beda l-parrokkat tiegħu b’mod uffiċjali, il-pussess formali tiegħu bħala Arċipriet se jingħata waqt quddiesa li se ssir fil-21 ta’ Novembru li ġej.
L-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu esprimiet l-apprezzament tagħha lejn Dun Stefan u awguratlu kull ġid f’din il-missjoni ġdida, filwaqt li saħqet li se tkun qed tilqgħu b’qalb miftuħa. Id-dettalji kollha dwar il-quddiesa tal-pussess se jkunu qed jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
Minn hawnhekk ukoll, insellmu lil Dun Stefan u nawgurawlu ħidma fejjieda, mimlija għaqda, dedikazzjoni u servizz lejn il-komunità li issa se jkun qed imexxi.
Facebook/Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 Paġna Uffiċjali