Il-kantanta lokali Francesca Sciberras qasmet messaġġ mill-isbaħ iddedikat lil żewġha fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. “Awguri għażiż żewġi. Inħobbok illum aktar mill-bieraħ,” kitbet Francesca fil-bidu tal-messaġġ tagħha. Il-kantanta kompliet tesprimi l-gratitudni tagħha lejn żewġha għall-imħabba li jagħti lilha u lill-familja tagħhom, kif ukoll talli jibqa’ jaqsam il-ħolm tiegħu magħha.
“Grazzi talli toħlom miegħi u tħobbna mingħajr limiti u kundizzjonijiet! Ma stajtx għażilt persuna aħjar biex inqatta’ ħajti magħha u biex tkun missier iż-żgħir tagħna Indrì,” kitbet Francesca. Messaġġ mimli mħabba li jagħti ħarsa lejn ir-rabta sabiħa bejn il-koppja u l-familja li qed jibnu flimkien.
Minn Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu!
Facebook / Francesca Sciberras