Mument speċjali għal Kezman Mamo hekk kif fl-età ta’ 16-il sena rnexxielu jikseb rekord nazzjonali ġdid rikonoxxut minn The Malta Records. Kezman ġie rikonoxxut bħala l-iżgħar content creator nieqes mid-dawl bl-akbar numru ta’ segwaċi fuq il-midja soċjali fil-gżejjer Maltin.
Skont The Malta Records, Kezman kellu 16-il sena u 283 ġurnata meta kiseb dan ir-rekord, b’aktar minn 11,000 segwaċi fuq il-midja soċjali. Il-preżentazzjoni tar-rekord saret waqt attività għall-familja ta' Is-Social f’Ħaż-Żabbar, fejn Kezman kien imdawwar mill-familjari u l-ħbieb tiegħu għal din iċ-ċelebrazzjoni speċjali.
The Malta Records irringrazzjaw ukoll lis-sidien ta’ Is-Social talli laqgħuhom fl-istabbiliment tagħhom għall-okkażjoni. Prosit kbira lil Kezman għal dan ir-rekord u għal dak kollu li qed jirnexxielu jikseb permezz tal-preżenza tiegħu fuq il-midja soċjali!
Facebook / Kezman Mamo