Informazzjoni Personali Ta’ Klijenti Maltin Tar-Revolut Fost Dik Esposta, Skont Rapporti Barranin

Ftit xhur ilu, hacker li kien qed jilagħbha tal-awtoritajiet Taljani kkuntattja lir-Revolut u talab mingħandhom informazzjoni privata ta' madwar 680 klijent. Madwar ġimgħa ilu, Revolut ikkonfermat li dan l-attentat wassal sabiex ġiet esposta l-informazzjoni personali ta' wħud mill-klijenti tagħha.

Ġurnal Spanjol tat-teknoloġija bl-isem 'Observatorio Blockchain' irrapporta matul dawn l-aħħar jiem dwar kif il-hacker qiegħed jitkellem b'mezzi siguri li jippermettulu ma jesponix l-identità tiegħu.

Skont dan il-ġurnal Spanjol, il-hacker qed jallega li l-maġġoranza tal-klijenti li l-informazzjoni personali tagħhom ġiet esposta kienu minn Franza u l-Isvizzera. Madankollu, il-hacker qed isostni wkoll li l-persuni involuti jinkludu numru ta' klijenti minn diversi pajjiżi oħrajn, b'wieħed minn dawn il-pajjiżi li jsemmi huwa Malta.

Hu semma wkoll il-Portugall, l-Ispanja, il-Ġermanja, l-Italja, iċ-Ċipru, il-Belġju, l-Olanda, l-Irlanda, l-Awstrija, il-Polonja, l-Iżvezja, in-Norveġja, il-Finlandja, id-Danimarka, iċ-Ċeka Repubblika, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Greċja, l-Estonja, il-Kroazja, l-Islovenja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungarija, it-Turkija, il-Monako, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit, il-Baħamas u l-Islovenja.

Madankollu, s'issa din il-lista ta' pajjiżi li qed jelenka l-hacker għadha ma ġietx ivverifikata b'mod uffiċjali.

Sors: Observatorio Blockchain

Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI