Claudette Pace qasmet l-aħbar li hi wkoll ser tkun waħda mill-vuċijiet waqt it-tielet staġun ta’ Peppa Pig bil-Malti li se jibda jixxandar fit-28 ta’ Settembru.
Claudette tistqarr kemm din hi esperjenza oħra fil-karriera tagħha, hekk kif il-voice animation kienet fost il-lista ta’ affarijiet li xtaqet tagħmel.
It-telespettaturi se jkunu jistgħu jsegwu l-episodji fuq TVM+ mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-06:30 u fil-17:30, filwaqt li fuq TVM se jixxandru mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-16:30.
Barra minn hekk, l-episodji kollha tal-ġimgħa se jkunu disponibbli nhar ta’ Ħadd fuq TVM+ fis-06:00.
Il-proġett huwa kollaborazzjoni bejn Media Exclusive u VSQUARED, u jkompli jġib il-karattri popolari ta’ Peppa Pig lill-udjenza Maltija permezz tal-lingwa Maltija.