Jagħlaq Sninu Toni Busutil – Il-Vuċi Wara Mini U Griż U Attur F’Diversi Produzzjonijiet!

Toni Busuttil

Illum qed jiċċelebra għeluq sninu l-attur lokali maħbub Toni Busutil, li jibqa' magħruf fost l-oħrajn bħala l-vuċi tal-karattri ħelwin ta' Mini u Griż.

Hu kien stabilixxa ruħu fix-xena tal-ispettaklu l-aktar permezz tal-programm MiniBugz, fejn kien parti mit-tfulija ta' diversi li kienu jistennew bil-ħerqa sabiex isegwu lil dawn il-karattri li kien ħoloq u interpreta hu stess.

Toni ħa sehem ukoll f'diversi produzzjonijiet televiżivi popolari fosthom KCSimpatiċi. Il-karattru li kellu waqt Simpatiċi jibqa' tant għal qalb ħafna, dak ta' Doddy.

Issa fl-iskeda li jmiss Toni ser ikun qed jirritorna fuq it-televiżjoni, din id-darba bħala preżentatur, waqt il-programm Artinu ma' Toninu.

Awguri mill-qalb Toni!

Ritratti:

Facebook/ Toni Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI