Jiżżewġu Brooke U L-Imħabba Ta’ Ħajjitha Noah! Nawgurawlhom!

Brooke u Noah

Illum waslet il-ġurnata tant speċjali għall-kantanta lokali Brooke u l-imħabba ta' ħajjitha Noah. Huma għadhom kif qalu s-signor si u għaldaqstant bdew il-vjaġġ tagħhom bħala koppja miżżewġa.

Bosta ritratti juru mumenti indimentikabbli waqt it-tieġ. Ritratt ieħor li ċertament jispikka huwa dak ta' Brooke dieħla l-knisja ma' missierha. Tifkiriet tassew emozzjonali li jibqgħu mmarkati fil-memorja tal-familja kollha għal dejjem.

Bosta familjari, ħbieb u persuni viċin tagħhom kienu preżenti biex jifirħu mal-koppja miżżewġa. F'ritratt li ttieħed waqt iċ-ċerimonja, nistgħu naraw lil Brooke u Noah jgħidu s-signor si, mument tant speċjali u prezzjuż.

Lil Brooke u Noah żewwiġhom Fr. Charles, li anke jidher fir-ritratti fil-mument li l-koppja tat kelma lil xulxin li ser iħobbu lil xulxin għal dejjem.

Awguri mill-qalb Brooke u Noah! Nixtiqulkom ħafna affarijiet sbieħ u dak kollu li tixtieq qalbkom illum u dejjem!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI