Il-preżentatur Luca Lorenzo qasam ritratt meħud waqt l-għeluq ta' Short Film Festival f'Bormla, fejn kien hemm preżenti l-attur bravissimu Guido Fenech. Jidher li hu wkoll ħa sehem f'waħda mill-produzzjonijiet.
Fir-ritratt li qasam Luca naraw lil Guido wara s-sound, irwol li rajnieh jaħdem bħala Ġorġ ta' Xommula fis-sensiela tal-Avukat Gawdenz Bilocca. Luca rnexxielu joħloq nostalġija speċjalment għal dawk li tant segwew lil Ġorġ.
Tiftakruh intom dan il-karattru ikoniku? Hemm hu Ġorġ!