“Il-liġi qiegħda hemm biex tiġi rispettata,” kitbet is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said wara li Animal Welfare Malta kkonfiskat sitt xadini li ma kinux irreġistrati.
Dan ġara, "minkejja l-opportunità li kienet ingħatat biex jiġu rreġistrati matul il-perjodu tal-amnestija."
Fi stqarrija, Bugeja Said spjegat li kien ingħata ċans biex is-sitwazzjoni tiġi regolarizzata, iżda kellha tittieħed azzjoni. Hija saħqet li l-infurzar tal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-annimali jibqa’ prijorità, kemm b’rispett lejn l-annimali kif ukoll għas-sigurtà tal-pubbliku.
Il-Ministru rringrazzjat lill-Animal Welfare Malta, lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u lill-ERA għall-operazzjoni konġunta, kif ukoll lil persuni oħra li taw l-għajnuna tagħhom.