32 Sena Ilu Xxandret Għall-Ewwel Darba S-Sensiela FRIENDS

FRIENDS

Kulħadd f’xi punt ra xi episodju ta’ FRIENDS, l-aktar sitcom maħbuba u popolari fost diversi ġenerazzjonijiet. FRIENDS beda propju fit-22 ta’ Settembru tal-1994 u sar sensazzjoni globali mill-ewwel.

L-istorja ta’ FRIENDS tinvolvi s-sitt karattri ħbieb li jgħixu fi New York: Rachel Green (Jennifer Aniston), Monica Geller (Courtney Cox), Phoebe Buffay (Lisa Kudrow), Joey Tribbiani (Matt LeBlanc), Chandler Bing (Matthew Perry) u Ross Geller (David Schwimmer).

Is-sensiela damet għal 10 snin sħaħ, bl-aħħar episodji jiġu mxandra fl-2004.

FRIENDS huwa kkunsidrat bħala l-aktar sitcom li qatt rawh nies, u kiser diversi rekords inkluż illum il-ġurnata fejn fuq l-istreaming services, għadhom qed jarawh il-miljuni.

Sfortunatament, mill-cast prinċipali, fadal ħamsa, hekk kif Matthew Perry ħalliena fit-28 t’Ottubru tal-2023.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI