“Il-Familja Mhux Dejjem Tibda Bid-Demm… Kultant Tibda B’Għażla Li Tħobb Għal Dejjem” – Guilherme’s Journey Of Hope

Hemm stejjer li jfakkruna li l-familja mhijiex dejjem kwistjoni ta’ demm, iżda ta’ mħabba, għażla u rabta li tibqa’ għal dejjem.

Fuq il-paġna Guilherme’s Journey of Hope, il-ġenituri tiegħu qasmu messaġġ mill-isbaħ dwar l-adozzjoni, li żgur mess il-qlub ta’ ħafna. “Ħames snin ilu rajt lil dawn iż-żewġ persuni għall-ewwel darba… illum insejħilhom il-Papa,” jgħid Guilherme.

Kliem sempliċi, iżda li jġorr miegħu storja sħiħa ta’ mħabba għax kultant, il-familja tibda minn għażla — l-għażla li tiftaħ qalbek, li tieħu lil xi ħadd f’ħajtek u li twiegħdu mħabba bla tmiem li ma kienx sab m'għand ħaddieħor.

L-adozzjoni tista’ tbiddel ħajja, iżda fuq kollox tista’ toħloq familja fejn kull persuna ssib postha, tħossha maħbuba u taf li mhijiex waħedha, u forsi dan hu l-isbaħ messaġġ ta’ din l-istorja - il-familja hija il-post fejn hemm l-imħabba.

Ritratti:

Facebook/Guilherme’s Journey of Hope

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI