F’żewġ kaxxi waslu ħames ġriewi li kellhom bżonn aktar minn sempliċement dar. Kellhom bżonn lil xi ħadd li jieħu ħsiebhom, jipproteġihom u jagħtihom it-tieni ċans li jixirqilhom.
L-Association for Abandoned Animals laqgħet dawn il-ħames ġriewi minn farm, fejn waslu mgħottija bil-briegħed u l-qurdien. Illum, fortunatament, jinsabu f’post sigur u qed jirċievu l-kura kollha li għandhom bżonn.
Għalissa għadhom mhumiex disponibbli għall-adozzjoni, hekk kif l-ewwel prijorità hija li jingħataw iż-żmien biex jidraw l-ambjent il-ġdid, jiġu eżaminati mill-veterinarju u jirċievu dak kollu meħtieġ biex jibdew ħajja ġdida.
L-għaqda qalet ukoll li diġà ġiet sterilizzata l-ommijiet tagħhom, pass importanti biex ma jitweldux aktar boton mhux mixtieqa.
Sadanittant, kull għajnuna tista’ tagħmel differenza, speċjalment quddiem l-għadd kontinwu ta’ klieb li qed jaslu għand l-għaqda.
Facebook/Association for Abandoned Animals