Il-Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili Rosianne Cutajar għaddiet messaġġ ta’ awgurju mill-qalb lill-imħabba ta’ ħajjitha, Daniel, f’okkażjoni speċjali għalih.
F’post fuq Facebook, hi qasmet ritratti tagħhom flimkien u esprimiet l-imħabba u l-apprezzament tagħha lejh, filwaqt li saħqet fuq kemm hu persuna preżenti, dedikata u ta’ qalb kbira. “Awguri lil Daniel tiegħi f’għeluq sninu,” kitbet Rosianne fil-bidu tal-messaġġ tagħha.
Hi kompliet issemmi dwar kemm hu “sors ta’ mħabba u ferħ kbir f’ħajjitna” u faħħritu għall-mod kif, minkejja l-impenji kollha tiegħu, dejjem jagħmel ħiltu biex ikun preżenti fil-ħajja tal-familja.
Rosianne għalqet il-messaġġ tagħha b’dedikazzjoni emozzjonanti: “Tassew ixxurtjati li għandna lilek f’ħajjitna, inħobbuk ħafna!”
Awguri mill-qalb lil Daniel!