“40 Sena Llum… Skużi, Kif?” – Shanel De Battista B’Messaġġ F’Għeluq Sninha

Shanel De Battista

Shanel De Battista qed tiċċelebra għeluq l-40 sena tagħha b’messaġġ li fih qasmet il-ħsibijiet tagħha dwar dan il-mument importanti f’ħajjitha.

Shanel qalet li għalkemm “x’imkien ġewwa fija għad għandi 25 sena”, illum fuq kollox tħossha grata għall-ħajja, għall-esperjenzi kollha li għexet, għall-lezzjonijiet li tgħallmet, għall-memorji sbieħ u anke għall-mumenti li dak iż-żmien ma kinux jagħmlu sens.

Fil-messaġġ tagħha, Shanel irringrazzjat lill-familja tagħha, lill-ħbieb u lil dawk kollha li kienu magħha matul il-kapitli differenti ta’ ħajjitha, kif ukoll lil dawk li jsegwuha u jappoġġjawha fuq il-midja soċjali u fix-xogħol tagħha.

Shanel għalqet il-messaġġ tagħha billi laqgħet il-“Kapitlu 40” u esprimiet it-tama li l-aqwa għadu ġej. Awguri minn qalbna Shanel!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI