Tnediet Il-Wirja Fotografika “Rockestra: The Evolution” Li Tħares Lejn L-Istorja Tal-Kunċert Tul Is-Snin

Tnediet “Rockestra: The Evolution”, wirja fotografika li permezz tagħha qed tingħata ħarsa lejn l-istorja ta’ wieħed mill-aktar avvenimenti mużikali stabbiliti f’Malta.

Il-wirja, organizzata mill-Kunsill Malti għall-Arti b’kollaborazzjoni mal-Malta Community Chest Fund, tiġbor ritratti meħuda matul is-snin minn fotografi professjonali li segwew l-avveniment. Fost ir-ritratti hemm mumenti mill-palk, il-mużiċisti u l-udjenza, iżda wkoll xeni minn wara l-kwinti, il-produzzjoni u l-atmosfera li sawret Rockestra tul is-snin.

Rockestra bdiet fl-2009 fuq inizjattiva tal-President Emeritu George Abela, u minn dakinhar saret attività li tgħaqqad il-mużika, it-talent lokali u l-karità, b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Il-wirja se tkun aċċessibbli għall-pubbliku fis-26 ta’ Settembru fl-MFCC, Ta’ Qali, bħala parti mill-esperjenza ta’ Rockestra 2026.

Il-kollezzjoni tfakkar ukoll fil-ħidma tal-fotografi li permezz tal-lenti tagħhom żammew ħajja l-memorja ta’ Rockestra.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI