Qed Ifittxu Lil Mila – Il-Kelba Intilfet Minn Ħaż-Żebbuġ U L-Familja Qed Titlob L-Għajnuna Tal-Pubbliku

L-organizzazzjoni Association for Abandoned Animals (AAA) qed tappella lill-pubbliku biex jgħin fit-tfittxija għal Mila, kelba li ilha nieqsa mis-Sibt li għadda miż-żona ta’ Tal-Grazzja f’Ħaż-Żebbuġ.

Skont l-għaqda, hija kelba maħbuba ferm mill-familja tagħha, li bħalissa tinsab iddisprata biex terġa’ ssibha. “Din hija kelba maħbuba u m’għandha bżonn ebda familja oħra ħlief dik li diġà għandha,” saħqet l-għaqda fl-appell tagħha. Mila għandha wkoll microchip, żiedu jgħidu.

L-AAA appellat biex jekk xi ħadd ra lil Mila, għandu xi informazzjoni dwar fejn tista’ tinsab, jew jaf b’xi ħadd li seta’ sabha, jagħmel kuntatt mal-familja fuq 99565591.

Il-pubbliku qed jintalab ukoll jaqsam l-appell sabiex l-aħbar tasal għand ħafna nies kemm jista’ jkun biex b’hekk jiżdied iċ-ċans li Mila terġa’ tingħaqad mal-familja tagħha.

Ritratti:

Facebook/ AAA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI