Omm Shazia B’Aġġornament Mill-Isptar – “Nixtieq Biss Nara Lil Binti Titjieb”

Omm Shazia qasmet aġġornament ġdid dwar il-qagħda ta’ bintha wara li reġgħu marru l-isptar bit-tama li t-tobba jsibu soluzzjoni li tista’ tgħinha.

Hija spjegat li t-testijiet reġgħu indikaw li l-livell tas-serine għadu baxx u li għalissa, id-doża baqgħet l-istess. Skont dak li qasmet, it-tobba f’Malta jixtiequ jitkellmu ma’ tobba barra minn Malta, hekk kif jidher li l-livell tas-serine mhux qed jiżdied kif mixtieq.

Bħala omm, hija ammettiet li din is-sitwazzjoni qed tħalliha mħassba ħafna, filwaqt li esprimiet ix-xewqa tagħha li tara lil bintha tagħmel progress u jkollha kwalità ta’ ħajja aħjar.“Nittama li jsibu mod kif isolvu din il-problema u jgħinu lil Shazia kif tassew għandha bżonn,” kitbet.

Hija temmet il-messaġġ tagħha billi qalet li qatt mhi "se tieqaf taħdem ma’ bintha u li mhux se taqta’ qalbha."

Nawguraw lil Shazia u lill-familja tagħha ħafna kuraġġ u nittamaw li t-tobba jsibu t-triq ’il quddiem li tkun ta’ għajnuna għaliha.

Ritratti:

Facebook/ Shazia my story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI