“Temp Li Jagħtini L-Ħajja” – Il-Paġna Maltese Islands Weather Titkellem Favur Ix-Xita Ta’ Dalgħodu

Il-paġna Maltese Islands Weather qasmet filmat tat-temp tax-xita li kellna aktar kmieni dalgħodu u mill-kumment li kitbet jidher ċar li t-temp xitwi huwa preferut minn dak sajfi.

Skont ił-paġna, inklużi dawk li qablu mal-argument jidher li kienu qed jistennew bil-ħerqa dan it-temp “Temp li jagħtini l-ħajja,” ġie miktub mal-filmat, filwaqt li ġie mistoqsi lis-segwaċi jekk jaqblux magħhom jew jekk jippreferux is-sajf.

Ix-xita ta’ dalgħodu tista' tgħid ġabet bidla sħiħa fl-atmosfera wara ġranet ta’ temp aktar sħun u għal dawk li jħobbu l-ħarifa u t-temp frisk, tista' tgħid tikkumplimenta bil-bosta ma' dak li huwa mistenni minn dan l-istaġun.

Naturalment, mhux kulħadd jaqbel fejn jidħol it-temp! Filwaqt li hemm min ikun qed jistenna x-xita u l-ġranet imsaħħba, oħrajn jippreferu x-xemx u ma jiggustawh xejn it-temp kiesaħ.

Ritratti:

Facebook/ It-Temp madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI