“Kburi Bir-Raġel Li Sirt U Grat Li Inti Ibni. Awguri” – Il-Boxer Dione Galea

Il-boxer Malti Dione Galea qasam messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali fl-okkażjoni ta’ għeluq snin ibnu.

Flimkien ma’ ritratt tiegħu, Dione kiteb, “Proud of the man you have become, and grateful to have you as my son. Happy birthday.”   

Permezz ta’ dan il-messaġġ qasir iżda mimli sentiment, Dione wera kemm hu kburi b’ibnu u grat li għandu lilu f’ħajtu.

Dione Galea huwa isem magħruf fix-xena lokali tal-boxing, fejn tul is-snin ħa sehem f’diversi konfronti kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.

Ritratti:

Facebook/ Dione Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI