L-attriċi u preżentatriċi lokali Eileen Montesin, flimkien ma' żewġha l-attur Mark Haber, għadha kif ħabbret fuq il-midja soċjali li mill-ġimgħa d-dieħla se tkun qed terġa' tibda tixxandar is-sensiela 'Déjà Vù' wara kważi 15-il sena minn meta bdiet tixxandar l-ewwel darba.
B'kitba u direzzjoni ta' Eileen Montesin, din is-sensiela kien fiha s-sehem ta' bosta atturi li huma magħrufa sew mal-udjenza Maltija fosthom Christine Haber, Francesco Catania, Mario Micallef kif ukoll Tessie Fedele.
'Déjà Vù' se jkun qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq l-istazzjon NET fis-12:45.
Instagram / Eileen Montesin