Il-mument tant mistenni fl-aħħar wasal hekk kif illejla se tintlagħab il-karta deċiżiva fil-finali grandjuż ta' The Voice Kids Malta. Sitt finalisti b'talent straordinarju se jkunu qed jissieltu fuq il-palk għall-akbar unur tal-istaġun, f'xandira diretta li mistennija ssammar eluf ta' telespettaturi quddiem t-televiżjoni.
Il-premju għar-rebbieħ ta' dan l-istaġun mhuwiex biss it-trofew prestiġjuż tal-programm, iżda wkoll il-biljett uffiċjali biex jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2026, li din is-sena se jsir propju f'pajjiżna. Dan ifisser li min joħroġ rebbieħ mil-lejla se jkollu r-responsabbiltà u l-unur li jiddefendi l-kuluri Maltin fuq il-palk lokali quddiem udjenza internazzjonali.
L-ispettaklu se jixxandar illejla fid-20:45 fuq TVM, fejn il-kantanti żgħażagħ lesti biex jagħtu kollox quddiem il-kowċis u l-pubbliku.
Min minn dawn is-sitt talenti se jirnexxielu jikkonvinċi lil kulħadd u jaħtaf din l-opportunità tad-deheb?
Facebook/The Voice of Malta