“Niġri Bla Waqfien Ġo Xita Qliel…” – Joanna Camilleri Tegħleb Sfida Oħra

Joanna Camilleri

F’messaġġ li tellgħet fuq Facebook, il-preżentatriċi Joanna Camilleri qasmet ħsibijiet dwar il-ħajja bħala atleta u l-importanza tad-determinazzjoni, id-dixxiplina u l-perseveranza.

Hija rrakkontat kif, minkejja x-xita qawwija, kompliet tiġri bla waqfien, u saħqet li l-isport jgħallmek tibqa’ timxi ’l quddiem anke meta ċ-ċirkostanzi ma jkunux ideali. "Niġri bla waqfien ġo xita qliel... meta tkun atleta, dejjem atleta."

Fil-messaġġ tagħha rringrazzjat lil SportMalta u BeActive - SportMalta għall-appoġġ tagħhom lejn l-isport u l-atleti. Hi semmiet ukoll l-esperjenza tagħha bħala ġurnalista sportiva, fejn qalet li mhux biss tgħodd dak li jingħad, iżda wkoll li tkun preżenti u tgħix mill-qrib l-esperjenzi tal-atleti.

Fl-aħħar nett, Camilleri esprimiet gratitudni lejn il-ħabiba speċjali tagħha Catherine Mercieca, li ddeskriviet bħala ispirazzjoni għaliha matul is-snin.

Prosit tassew!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI