Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-attivista għad-drittijiet tal-annimali Christa Cilia tkellmet għal darb’ oħra dwar Bobs, kelb li bħalissa jinsab mitluf.
Hi qalet, “Għadna bla ħjiel ta’ Bobs u kull siegħa li tgħaddi qed issir aktar diffiċli. Nitlob lil min ikun ser idur fl-inħawi ta’ San Niklaw u l-madwar biex iżomm għajnejh miftuħa. Mhux qed niffukaw biss fuq Għar Lapsi. Bobs huwa kannella skur kollu, bi ftit abjad fuq sidru.”
Kompliet, “Importanti ħafna ...jekk taraw kelb li taħsbu li jixbħu, jekk tistgħu ħudulu ritratt qabel tikkuntattjawni. Qed nirċievi sightings u qed ninqala’ minn fejn inkun qed infittex biex immur niċċekkja, biex imbagħad insib kelb kompletament differenti, anke fil-kulur. Ritratt wieħed jista’ jiffrankali ħafna ħin li bħalissa huwa prezzjuż ħafna.”
Żiedet, “Personalment għadni nemmen li Bobs ma tbiegħedx ħafna minn fejn ħarab. Kien diġà jbati minn saqajh u għalhekk qed nippruvaw infittxu kull rokna possibbli fl-inħawi u madwarhom. Jekk taraw xi ħaġa, ritratt + location eżatta + ħin jekk jogħġobkom. Grazzi lil kull min qed jgħinna nsibuh.”
Nittamaw li jinstab ma jdumx!
Christa Cilia