Riċentament tħabbret il-mewt ta’ Chris Mangion li ħalla din id-dinja f’qasir il-għomor. Bosta sellmu l-memorja tiegħu permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, fejn ħafna qalu li jinsabu maħsudin b’din it-telfa.
Omar Busuttil kien fost dawk li sellem il-memorja tiegħu fejn qal, “Għażiż Kristessie (Chris) , għadni ma nistax nemmen dak li smajt illejla. Kif jista’ jkun? Dorna ħafna fl-Ewropa flimkien, ħafna, biex nimxu wara l-passjoni Juventina tagħna u għandi ħafna memorji sbieħ miegħek! Kont ħabib ta’ veru. Dejjem rajt rispett kbir min-naħa tiegħek. Kont membru mhux lejali imma lejalissimu tal-klabb! Bla kliem. Strieħ fis-sliem ħabib. Sa ma nerġgħu niltaqgħu!”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha.
Mark Mifsud, Kristessie Mangion, Juventus