“Nagħtu Bidu Għas-27 Vjaġġ Ta’ Kalamita… Grazzi Lil Kull Min Emmen Fina” – Alfred Zammit

Alfred Zammit

Illum il-preżentatur Alfred Zammit flimkien mat-tim tiegħu ser ikun qed jirritona għal edizzjoni oħra ta' Kalamita - programm li għadda kemm għadda żmien baqa' tant imfittex u maħbub. Din ser tkun is-27 sena ta' dan il-programm.

"Għada jien u sħabi nagħtu bidu għas-27 vjaġġ ta’ Kalamita. B’din is-sensiela Kalamita TV Show jkun qed jimmarka Record tal-Aktar programm Televiziv li beda u baqa' għaddej regolari għal 27 sena u b’konsistenza."

Alfred ikompli, "Ta' dan GRAZZI Mulej u Grazzi lil kull min emmen fina."

Kalamita ser ikun qed jixxandar minn għada fuq Smash TV fit-15:00 b'repetizzjoni fl-22:30.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI