Illum waranofsinhar, Tokis ta’ GO TV se jkun qed iniedi l-ewwel programm live tiegħu, Ħu Brejk!, programm ġdid ta’ kuljum li se jibda jixxandar mil-lum fit-15:30. Ħu Brejk! se jkun qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa u huwa parti minn line-up ġdid ta’ programmi li se jimlew l-iskeda ta’ wara nofsinhar fuq Tokis.
Il-programm, ippreżentat minn Geordie Schembri, se jgħaqqad kompetizzjonijiet, logħob u parteċipazzjoni diretta mill-pubbliku, f’format maħsub biex jinvolvi kemm lill-parteċipanti fl-istudio kif ukoll lit-telespettaturi minn djarhom.

Parti ewlenija minn Ħu Brejk! se tkun kompetizzjoni bejn anzjani attivi li jirrappreżentaw lokalitajiet differenti. Dawn se jieħdu sehem f’diversi logħob u sfidi marbuta mat-tradizzjonijiet u l-kultura Maltija, filwaqt li jiġbru l-punti matul il-ġimgħa sakemm fl-aħħar jiġi determinat ir-rebbieħ.
Se jkun hemm ukoll edizzjonijiet li fihom jikkompetu għaqdiet tal-karità. Minbarra l-kompetizzjoni, dawn se jingħataw l-opportunità jitkellmu dwar il-ħidma tagħhom u jqajmu aktar għarfien dwar il-kawżi li jirrappreżentaw. Anke t-telespettaturi se jkollhom iċ-ċans li jkunu parti mill-programm permezz ta’ logħba interattiva ta’ kuljum, bi premju li jista’ jitla’ għal eluf ta’ ewro. Jekk il-premju ma jintrebaħx, dan se jiżdied b’€50 kuljum sakemm jinstab rebbieħ.
U jekk għad m’għandekx Tokis, bħalissa hemm offerta li permezz tagħha tista’ tabbona għal tliet xhur kompletament b’xejn. L-offerta hija miftuħa għal kulħadd u m’hemmx għalfejn tkun diġà klijent ta’ GO biex tibbenefika minnha.
Wara li tabbona, tirċievi l-login details tiegħek u tkun tista’ tniżżel il-GO TV app fuq id-devices li tixtieq. L-offerta tinkludi 20 stazzjon Malti u Taljan, fosthom Tokis fuq stazzjon numru 100, kif ukoll il-librerija on demand ta’ Tokis b’aktar minn 4,000 episodju ta’ drammi u xows popolari Maltin. Titlifx Ħu Brejk! mil-lum fit-15:30 fuq Tokis, u ftit sigħat wara hemm aktar x’tistenna: illejla fid-21:00 jibda wkoll l-ewwel episodju ta’ Il-Ħajjata Charles & Ron, fuq Tokis.
Tista’ tabbona għall-offerta ta’ tliet xhur b’xejn u tiskopri l-programmi kollha li Tokis għandu x’joffri billi tidħol hawn: https://www.go.com.mt/form/tokis-add-on-stepped-form/contact-details