Malta Ser Tkanta Fid-Disa’ Post Fil-Junior Eurovision 2026 Li Ħa Jsir F’Pajjiżna

JESC 26 Malta

Malta se tkanta fid-disa' post fil-Junior Eurovision 2026, hekk kif ħarġet il-lista bl-ordni fuq il-paġna uffiċjali tal-Junior Eurovision.

Skont l-ordni ppubblikata, il-pajjiżi se jkunu qed jinterpretaw is-siltiet tagħhom f’din is-sekwenza: Olanda, Ċipru, Portugall, Montenegro, San Marino, Franza, Polonja, Armenja, Malta, Italja, Ukrajna, Maċedonja ta’ Fuq, Irlanda, Albanija, Ġeorġja u Spanja.

B’hekk, Malta se tkun qed titla’ fuq il-palk fid-9 post, bil-kantant Malti Beppe jinterpreta Blue Bird, is-silta li biha se jkun qed jirrappreżenta lill-pajjiż ospitanti.

Il-Junior Eurovision 2026 se jsir is-Sibt 24 ta’ Ottubru f’Ta’ Qali, u pajjiżna se jkun qed jospita s-16-il delegazzjoni parteċipanti.

Awguri Beppe! Awguri Malta!

Ritratti:

Facebook/ Junior Eurovision Song Contest

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI