Bħal-Lum Sena, Ħallietna L-Attriċi Maħbuba Dame Patricia Routledge Li Kienet Magħrufa Għall-Parti Ta’ Mrs Bucket

Kien propju bħal-lum sena meta ħarġet l-aħbar xokkanti li ħallietna Dame Patricia Routledge, l-attriċi magħrufa għall-parti ikonika ta’ Hyacinth Bucket jew Mrs Bucket fis-sensiela Ingliża, Keeping Up Appearances. Hi kienet twieldet fl-1929 u b’hekk kellha 96 sena meta ħallietna s-sena l-oħra.

Routledge bdiet il-karriera tagħha fit-teatru u fit-teatru mużikali minn età bikrija ħafna. Hija bdiet taħdem fit-televiżjoni fl-1967. Bis-saħħa tal-vuċi distintiva tagħha, hija rrekordjat ukoll kotba awdjo għal xogħlijiet bħal Wuthering Heights u Alice’s Adventures in Wonderland.

Routledge qatt ma żżewġet u ma kellhiex tfal, għax kienet dejjem dedikata għalkollox għar-reċtar. Hija serviet ukoll bħala ambaxxatriċi għall-organizzazzjoni Kidney Research UK.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI