Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà, Glenn Bedingfield ikkummenta dwar il-filmat li qajjem rabja kbira fuq il-midja soċjali fejn wera raġel li neża’ għarwien u niel f’funtana storika f’Ħaż-Żebbuġ.
Ir-raġel Estonjan ġie arrestat u qed jidher il-qorti. “Dan il-qżież m’għandnix x’nambuh,” qal il-Ministru. “Tlabt lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni jikkunsidra t-tkeċċija ta’ dan ir-raġel Estonjan.”
“Aħna mhux pajjiż taż-żufjett,” żied jgħid il-Ministru.
Facebook / Glenn Bedingfield