L-entużjażmu għall-avventura tal-Junior Eurovision Song Contest ikompli jikber hekk kif ir-rappreżentant ta’ Malta, Beppe Caruana, fetaħ it-twieqi għal dak kollu li seħħ wara l-kwinti tal-vidjow mużikali uffiċjali ta’ Blue Bird. Wara li l-filmat diġà qed idur fuq il-pjattaformi uffiċjali u jintlaqa' b'mod pożittiv mis-segwaċi, Beppe stieden lill-pubbliku biex jara kif din il-produzzjoni ħadet il-ħajja fuq is-sett.
Għal Beppe, il-proċess tal-filming kien wieħed mimli gost u enerġija, hekk kif ra l-viżjoni kollha tal-kanzunetta tingħaqad flimkien bejn kameras, kostumi u xenarju kkulurit. Il-filmat ta' Blue Bird issa qed iservi ta' vetrina ewlenija għall-kanzunetta li biha se jkun qed jgħolli l-isem ta' Malta, b'messaġġ vibranti u stil attraenti li diġà qed jiġbed l-għajn.
B'sensiela ta' mumenti ġenwini u tbissim minn wara l-lentijiet, il-pubbliku jista' japprezza l-ħidma tremenda u d-dedikazzjoni kollha wara din il-produzzjoni, f'vjaġġ li jkompli jibni l-aspettattivi għal wirja memorabbli fuq il-palk Ewropew, bil-kompetizzjoni ta' din is-sena mistennija tittella Malta stess fl-24 ta' Ottubru.
Awguri Beppe!
Facebook/Beppe Caruana